Category: Kuntatti internazzjonali

16 Sep 2021

Fil-15 ta’ Settembru 2021 il-Kummissarju għall-Istandards nieda proġett intitolat “Lejn Titjib fil-Qafas tal-Integrità u t-Trasparenza f’Malta”. Dan il-proġett se jibbenefika minn fondi tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ għar-Riformi Strutturali (DĠ Reform) tal-Kummissjoni Ewropea. Il-proġett se jibbenefika wkoll mill-għarfien tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), entità internazzjonali magħrufa għall-kompetenza tagħha fil-qasam tal-governanza tajba. Il-proġett hu maħsub biex isaħħaħ…

29 May 2019

Kathryn Stone OBE, Kummissarju Parlamentari għall-Istandards fir-Renju Unit, għamlet żjara uffiċjali f’Malta fuq stedina ta’ Dott. George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ta’ Malta. Is-Sinjura Stone kienet akkumpanjata mill-Onor. Kate Green MP, president tal-Kumitat dwar l-Istandards tal-House of Commons tal-Ingilterra. Iż-żjara seħħet fit-23 u l-24 ta’ Mejju 2019. Matul iż-żjara tagħhom is-Sinjura Stone u s-sinjura…

18 Jan 2019

Fl-14 u l-15 ta’ Jannar 2019 Dott. George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, iltaqa’ ma’ uffiċjali fl-istess qasam tiegħu fir-Renju Unit sabiex jara kif kienu jaħdmu u jitgħallem mill-esperjenzi tagħhom. Dott. Hyzler kien akkumpanjat minn Charles Polidano, Direttur Ġenerali fl-uffiċċju tiegħu. Fl-14 ta’ Jannar Dott. Hyzler u s-Sur Polidano kellhom laqgħat ma’ Kathryn Stone, Kummissarju…