Rapporti annwali tal-Kummissarju għall-Istandards
L-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika jobbliga lill-Kummissarju għall-Istandards li jippreżenta rapport dwar it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu “ta’ mill-inqas kull sena” lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati. L-Ispeaker għandu jqiegħed ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra.
Biex josserva din id-dispożizzjoni tal-Att, il-Kummissarju ħareġ rapport proviżjonali li jkopri perjodu ta’ sena mit-12 ta’ Novembru 2018, id-data tal-ħatra tiegħu. Aktar tard ħareġ rapport definittiv li jkopri l-ħidma kollha tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2019 u jinkludi kontijiet verifikati għall-perjodu sħiħ.
Il-Kummissarju adotta l-prattika li joħroġ rapport għal kull sena kalendarja mis-sena 2020 ‘il quddiem, sakemm ma jinqalax il-bżonn ta’ rapporti aktar frekwenti.
Rapport annwali għas-sena 2021
Ippreżentat lill-Ispeaker fil-5 ta’ Awwissu 2022
Rapport annwali għas-sena 2020
Ippreżentat fil-Parlament fil-24 ta’ Mejju 2021
Rapport annwali definittiv 12 ta’ Novembru 2018 – 31 ta’ Diċembru 2019
Ippreżentat fil-Parlament fil-25 ta’ Mejju 2020
Rapport proviżjonali 12 ta’ Novembru 2018 – 11 ta’ Novembru 2019
Ippreżentat fil-Parlament fl-20 ta’ April 2020
Jistgħu jinteressawk