Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika

jinvestiga ksur ta’ standards ta’ mġiba etika min-naħa ta’ ministri, membri parlamentari u persuni ta’ fiduċja, u jagħti kontribut biex titjieb l-imġiba fil-ħajja pubblika.

.

Ilmenti

Tista’ tilmenta mal-Kummissarju dwar imġiba mhux etika min-naħa ta’ ministri, membri tal-Parlament jew persuni ta’ fiduċja.

link

Riżorsi

Rapporti u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissarju, u regoli ta’ etika għall-ministri, membri parlamentari u persuni ta’ fiduċja.

link

Il-Kumitat għall-Istandards

Il-Kumitat tal-Parlament għall-Istandards jissorvelja x-xogħol tal-Kummissarju. Il-Kumitat huwa mmexxi mill-Ispeaker.
link

Il-ministri m’għandhomx jużaw attivitajiet uffiċjali biex jippromwovu lilhom infushom

Il-ministri m’għandhomx jużaw attivitajiet uffiċjali biex jippromwovu lilhom infushom

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li jkun ksur ta’ etika jekk ministru jew segretarju parlamentari jinqeda b’attività uffiċjali tal-ministeru tiegħu biex jippromwovi lilu nnifsu. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment kontra s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said talli allegatament stiednet lill-impjegati tal-ministeru tagħha biex jattendu attività politika organizzata minnha. Fl-ilment ġie allegat...
Ikun ksur ta’ etika jekk deputat parlamentari ma jagħmilx dikjarazzjoni tat-taxxa

Ikun ksur ta’ etika jekk deputat parlamentari ma jagħmilx dikjarazzjoni tat-taxxa

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qal li jkun ksur ta’ etika jekk deputat parlamentari ma jagħmilx dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu għall-finijiet tat-taxxa. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra tliet ilmenti kontra l-eks deputat parlamentari Dr Jason Azzopardi talli ma bagħatx dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu għas-snin 2018 u 2019 fil-ħin. L-ilmenti saru f’Marzu tal-2021, meta Dr...
Il-Kummissarju jirrakkomanda li l-linji gwida dwar riklami għandhom isiru parti mil-liġi

Il-Kummissarju jirrakkomanda li l-linji gwida dwar riklami għandhom isiru parti mil-liġi

Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, qed jirrakkomanda li l-linji gwida dwar riklami tal-gvern li nħarġu mill-uffiċċju tiegħu sentejn ilu għandhom isiru parti mil-liġi. L-istorja ta’ dawn il-linji gwida bdiet f’Marzu 2021 meta l-Kummissarju ta’ qabel, Dr George Hyzler, ressaq każ li kien jinvolvi riklam maħruġ minn ministru quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Parlament...