Home

15 Dec 2023
Exterior view of the Parliament of Malta

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ippropona li meta joħroġ deċiżjoni li ilment m’għandux jiġi investigat, għandu jkollu l-jedd li jippubblika dik id-deċiżjoni. Bħalissa, meta l-Kummissarju jinvestiga ilment ir-rapport tiegħu dwar l-investigazzjoni normalment jiġi ppubblikat. Biss, jekk il-Kummissarju jiddeċiedi li m’għandux jinvestiga l-ilment, huwa ma jistax jippubblika d-deċiżjoni tiegħu iżda jista’ biss jibgħatha lil min għamel l-ilment…

22 Nov 2023

Ilbieraħ il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ikkonkluda li s-Segretarju Parlamentari Chris Bonett mhux ħati ta’ ksur ta’ etika talli talab siġġijiet ħdejn xulxin għalih u għall-membri tal-familja tiegħu fuq titjira tal-Air Malta lejn Londra. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra allegazzjoni li Dr Bonett gawda minn trattament speċjali għaliex l-Air Malta neħħiet passiġġieri…

27 Oct 2023

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet rapport ta’ 224 paġna b’rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-integrità pubblika f’Malta. Ir-rapport huwa r-riżultat finali ta’ proġett ta’ sentejn intitolat “Improving the Integrity and Transparency Framework in Malta”, li kien qed jitwettaq mill-OECD fuq talba tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-proġett ġie ffinanzjat permezz tat-Technical Support Instrument tal-Unjoni Ewropea. Ir-rapport, intitolat…

27 Oct 2023

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet rapport dwar is-sistema li permezz tagħha l-ministri u d-deputati parlamentari kull sena jagħmlu dikjarazzjoni pubblika dwar l-assi tagħhom. Ir-rapport huwa wieħed mir-riżultati aħħarin ta’ proġett ta’ sentejn intitolat “Improving the Integrity and Transparency Framework in Malta”. Dan il-proġett kien qed jitwettaq mill-OECD fuq talba tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika…

15 Sep 2023

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li jkun ksur ta’ etika jekk ministru jew segretarju parlamentari jinqeda b’attività uffiċjali tal-ministeru tiegħu biex jippromwovi lilu nnifsu. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment kontra s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said talli allegatament stiednet lill-impjegati tal-ministeru tagħha biex jattendu attività politika organizzata minnha. Fl-ilment ġie allegat…

07 Aug 2023

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qal li jkun ksur ta’ etika jekk deputat parlamentari ma jagħmilx dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu għall-finijiet tat-taxxa. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra tliet ilmenti kontra l-eks deputat parlamentari Dr Jason Azzopardi talli ma bagħatx dikjarazzjoni tad-dħul tiegħu għas-snin 2018 u 2019 fil-ħin. L-ilmenti saru f’Marzu tal-2021, meta Dr…

04 Aug 2023

Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, qed jirrakkomanda li l-linji gwida dwar riklami tal-gvern li nħarġu mill-uffiċċju tiegħu sentejn ilu għandhom isiru parti mil-liġi. L-istorja ta’ dawn il-linji gwida bdiet f’Marzu 2021 meta l-Kummissarju ta’ qabel, Dr George Hyzler, ressaq każ li kien jinvolvi riklam maħruġ minn ministru quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Parlament…

03 Aug 2023

Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Istandards awtorizza l-pubblikazzjoni ta’ rapport tal-Kummissarju għall-Istandards dwar allegazzjoni li ministru ta informazzjoni falza lill-istampa. Il-każ imur lura sa April 2020 meta ġurnalista staqsa lill-Onor. Dr Michael Farrugia, dak iż-żmien Ministru għall-Intern, dwar laqgħa li huwa kellu ma’ Yorgen Fenech fl-2014, sitt snin qabel. Meta kienet saret il-laqgħa Dr Farrugia kien Segretarju…

14 Apr 2023

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li “sponsored post” fuq Facebook jirrappreżenta ksur ta’ etika għax deher ministru fih. L-“isponsored post” in kwistjoni deher fil-5 ta’ Ottubru 2022 fil-paġna uffiċjali fuq Facebook tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol. Il-“post” kien jikkonsisti f’ritratt tal-Ministru Clyde Caruana, flimkien ma’ ismu u l-kariga tiegħu u kwotazzjoni minn diskors tiegħu fejn qal…

16 Feb 2023

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jissemma f’dokument intitolat Handbook of Good Practices in the Fight Against Corruption, li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea. Id-dokument ikopri miżuri li ttieħdu mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea sabiex irażżnu l-korruzzjoni, iżidu t-trasparenza, jevitaw konflitti ta’ interess, jew jsaħħu l-etika fil-ħajja pubblika. L-għan tad-dokument hu li jispira miżuri simili f’pajjiżi oħra. Fil-każ ta’…