Category: Kostituzzjoni

07 Nov 2019
Verdala Palace, Buskett, Malta

Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, qed jipproponi tibdil fil-Kostituzzjoni sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Parlament u tal-qrati, u sabiex jiġi mħares aħjar il-prinċipju tal-mertu fil-ħatriet fl-amministrazzjoni pubblika. Il-proposti tal-Kummissarju huma miġbura f’rapport ta’ 138 paġna li huwa ppreżenta lill-President ta’ Malta bħala risposta għas-sejħa tal-President għal sottomissjonijiet dwar riformi kostituzzjonali. Ir-rapport inkiteb minn Dr Hyzler…

06 Jul 2019
Exterior detail of the Maltese Parliament building

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ rapport li jgħid li l-prattika li deputati parlamentari “backbenchers” jingħataw impiegi jew konsulenzi mal-gvern għandha tispiċċa. Ir-rapport jiddeskrivi din il-prattika bħala “fundamentalment ħażina”. Il-Kummissarju kkonkluda li din il-prattika ddgħajjef ir-rwol tal-Parlament fl-iskrutinju tal-eżekuttiv; tmur kontra l-prinċipji li l-Kostituzzjoni hija mibnija fuqhom; tmur kontra l-kodiċi ta’ etika ta’ impjegati pubbliċi u…