Home

26 Jan 2021

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler, qal li stqarrijiet uffiċjali maħruġin permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni m’għandhomx jinkludu kontenut ta’ natura politika u partiġġjana. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment mingħand il-Prof Kevin Cassar kontra l-Onor Silvio Schembri, Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar. L-ilment kien jikkonċerna stqarrija maħruġa mill-Ministru permezz tad-Dipartiment…

22 Jan 2021

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li ma kien hemm ebda ksur ta’ etika mill-Ministru Edward Zammit Lewis fl-ingaġġ ta’ Dr Cheryl Azzopardi bħala konsulent legali fil-ministeru tiegħu. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment mingħand il-Perit Carmel Cacopardo. L-ilment kien ibbażat fuq artiklu li deher f’The Shift News fis-7 ta’ Jannar 2021,…

12 Dec 2020

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler, ikkunsidra ilment dwar ministru li allegatament naqas li jieħu passi kontra aġir abbużiv minn qraba tiegħu. Il-Kummissarju ddeċieda li ma jinvestigax il-każ għaliex kienet l-Awtorità tal-Ippjanar li kellha tieħu passi kontra l-abbuż in kwistjoni, mhux il-ministru li lilu ġie rappurtat l-abbuż. Irriżulta wkoll li l-ministru fil-fatt kien għadda…

02 Nov 2020

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sab li r-regoli li permezz tagħhom deputati parlamentari li jaħdmu fis-settur pubbliku jingħataw permess ta’ assenza mix-xogħol biex jattendu attivitajiet parlamentari qed jiġu abbużati. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment kontra deputati tal-oppożizzjoni li jaħdmu fis-settur pubbliku u li allegatament ma kinux qegħdin jidħlu għax-xogħol b’mod regolari….

14 Oct 2020

Il-Kumitat Permanenti tal-Parlament għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika illum awtorizza l-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-ingaġġ tal-Onor Dr Konrad Mizzi bħala konsulent. Ir-rapport ġie sottomess lill-Kumitat mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika fil-5 ta’ Ottubru 2020. Il-każ jittratta dwar l-ingaġġ ta’ Dr Konrad Mizzi bħala konsulent mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (l-MTA) fid-9 ta’ Diċembru 2019, ġimgħatejn wara li rreżenja minn…

01 Sep 2020

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qal li persuni ta’ fiduċja m’għandhomx jikkummentaw fuq materji ta’ kontroversja politika u għandhom jittrattaw lil ħaddieħor b’rispett. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment mingħand Matthew Caruana Galizia, id-direttur tal-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia, kontra Dr Joseph Borg. L-ilment kien jittratta dwar kumment li Dr Borg għamel fuq…

19 Aug 2020

Fis-17 ta’ Awwissu 2020 il-Kumitat Permanenti tal-Parlament għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ltaqa’ biex jikkunsidra x’azzjoni għandu jieħu kontra l-eks Prim Ministru Dr Joseph Muscat dwar il-każ tal-inbejjed Pétrus. Dan wara li fis-seduta tat-22 ta’ Lulju 2020 il-Kumitat adotta l-konklużjoni tal-Kummissarju li sab li Dr Joseph Muscat kiser ir-regoli tal-etika dwar aċċettazzjoni ta’ rigali meta aċċetta r-rigal…

29 Jul 2020

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ dokument li jipproponi kodiċijiet ta’ etika riveduti għad-deputati parlamentari u l-ministri. Il-Kummissarju ssottometta dan id-dokument lill-Kumitat Permanenti tal-Parlament dwar l-Istandards bħala rakkomandazzjoni skont l-artikolu 13(1)(g) tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika. Il-kodiċijiet riveduti huma maħsuba biex jieħdu post dawk eżistenti għad-deputati u l-ministri, li jinsabu fl-ewwel u t-tieni skedi tal-Att dwar…

17 Jul 2020
Passengers disembarking from a flight from Dubai to Malta in December 2019.

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li l-Onor Dr Joseph Muscat ma kisirx il-Kodiċi ta’ Etika għall-Ministri meta siefer fuq żjara privata sad-Dubai mal-familja tiegħu f’Diċembru tal-2019. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilmenti mingħand is-Sur Timothy Alden u l-Onor Dr Adrian Delia. L-ilmenti kienu jittrattaw dwar l-ispejjeż tal-vjaġġ, u jekk dawn l-ispejjeż…

22 Jun 2020

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sab li ma kien hemm xejn x’jindika li Dr Ian Borg, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, ta ordni biex xogħlijiet bla permess li kienu qed isiru mill-Aġenzija Infrastruttura Malta f’Wied Qirda, Ħaż-Żebbuġ, jitkomplew bi sfida ta’ Ordni ta’ Waqfien u Konformità maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Il-Kummissarju wasal għal…