Home

28 Oct 2022

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħa nota tat-tħassib li ġie komunikat fil-midja dwar dak li jidher bħala tnaqqis fil-fondi allokati lil dan l-uffiċċju fil-baġit nazzjonali għas-sena 2023 meta mqabbel mas-sena kurrenti. Madankollu, l-ammont ta’ €450,000 li ġie allokat lil dan l-uffiċċju fil-baġit huwa l-ammont sħiħ li talab il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards mhux…

30 Sep 2022

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ rapport dwar l-infiq mill-kandidati fl-elezzjonijiet ġenerali fuq il-kampanji elettorali tagħhom. Ir-rapport jindaga dwar kemm jintefqu flus mill-kandidati, kif inhu regolat dan l-infiq, u kif jiġi rapportat mill-kandidati. Ir-rapport joħroġ minn eżerċizzju ta’ analiżi ġenerali, mhux investigazzjoni, u jiffoka fuq il-prattiċi mhux fuq l-imġiba ta’ xi individwi partikolari. Ir-rapport isib li…

27 Sep 2022

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet rapport li jirrakkomanda bidliet estensivi fil-kodiċijiet ta’ etika tal-ministri, is-segretarji parlamentari u l-membri tal-Parlament ta’ Malta. Il-kodiċijiet kurrenti jinsabu fi skedi fl-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika. Il-kodiċi ta’ etika tad-deputati parlamentari jinsab fl-ewwel skeda u l-kodiċi tal-ministri u s-segretarji parlamentari jinsab fit-tieni skeda. Fir-rapport tagħha l-OECD tirrakkomanda li…

05 Aug 2022

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ ir-rapport annwali tiegħu għas-sena 2021. Ir-rapport jispjega l-irwol tal-Kummissarju għall-Istandards skont l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika u l-proċeduri li jħaddem huwa u jikkunsidra ilmenti dwar deputati parlamentari u persuni ta’ fiduċja. Ir-rapport jgħid li l-Kummissarju rċieva 41 ilment matul l-2021. Il-Kummissarju għalaq 39 ilment, li minnhom sab 25 ineliġibbli biex…

11 Jul 2022

Fil-11 ta’ Lulju 2022 l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet tliet rapporti dwar standards ta’ integrità f’Malta. Wieħed mir-rapporti huwa dwar l-operat tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika; ieħor jindirizza l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika; u t-tielet wieħed jippreżenta proposti għar-regolamentazzjoni tal-lobbying. Ir-rapporti ġew ippreparati bħala parti minn proġett intitolat “Improving the Integrity and Transparency Framework…

27 Jun 2022

Fis-27 ta’ Ġunju 2022 il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards awtorizza l-pubblikazzjoni ta’ rapport maħruġ mill-Kummissarju għall-Istandards li jittratta dwar riklami uffiċjali f’suppliment ta’ gazzetta. Is-suppliment in kwistjoni nħareġ mill-gazzetta KullĦadd fis-16 ta’ Jannar 2022 biex jikkommemora sentejn minn mindu l-Onor. Dr Robert Abela sar Prim Ministru. Is-suppliment kien fih 32 paġna, li l-biċċa l-kbira minnhom kien fihom…

20 Jan 2022

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kkonkluda li l-Ministru Ian Borg ma kisirx l-etika meta ħareġ riklam biex jawgura l-Għid it-tajjeb lill-pubbliku. Ir-riklam in kwistjoni deher fil-ġurnal It-Torċa f’Ħadd il-Għid, l-4 ta’ April 2021. Ir-riklam kien fih ritratt tal-Ministru Ian Borg u l-kliem “Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali jawgura l-Għid it-Tajjeb lill-poplu Malti u Għawdxi. Ix-xogħol…

14 Dec 2021

Fl-14 ta’ Diċembru 2021 il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards awtorizza l-pubblikazzjoni ta’ rapport ippreparat mill-Kummissarju għall-Istandards dwar l-ingaġġ ta’ konsulent mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Ir-rapport jittratta dwar allegazzjonijiet li l-Ministru għall-Edukazzjoni, Justyne Caruana, abbużat mis-setgħat tagħha meta tat kuntratt ta’ €15,000 b’ordni diretta lill-eks footballer professjonali Danijel Bogdanovic. Il-kuntratt kien jaħseb biex huwa jagħmel studju dwar l-operat tal-Iskola Nazzjonali…

10 Nov 2021

Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards unanimament adotta rapport tal-Kummissarju għall-Istandards li kkonkluda li l-Onor. Rosianne Cutajar kienet naqset milli tiddikjara dħul mill-bejgħ ta’ propjetà fl-Imdina. Fir-rapport tiegħu il-Kummissarju qal li l-propjetà in kwistjoni kienet inbiegħet għas-somma ta’ €3.1 miljun, u s-senserija fuq dan il-bejgħ kien jammonta għal €93,000. Il-Kummissarju kkonkluda fuq il-bilanċ tal-probabbiltajiet…

04 Nov 2021

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħeles lill-Onor. Dr Karol Aquilina MP minn akkużi li ġab ruħu b’mod li jirrifletti ħażin fuq il-Parlament billi saq b’mod perikoluż, injora ordnijiet tal-puliżija, u baqa’ għaddej fuq dawl tat-traffiku aħmar. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li l-Onor. Karol Aquilina ġie liberat minn akkużi fil-qorti dwar l-istess każ. Il-każ…