23 Nov 2019
Detail of the Maltese Parliament building in Valletta at night

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ stqarrija fejn sostna li hija prattika ħażina li l-gvern jimpjega deputati parlamentari backbenchers, jiġifieri dawk li mhumiex ministri jew segretarji parlamentari.

L-istqarrija ssegwi rapport maħruġ mill-Kummissarju fil-5 ta’ Lulju 2019, fejn esprima l-fehma li huwa fundamentalment ħażin li l-gvern jingaġġa deputati backbenchers bħala konsulenti, persuni ta’ fiduċja jew membri ta’ bordijiet u kumitati. Fil-11 ta’ Novembru 2019 is-Segretarju Permanenti Ewlieni ppubblika risposta f’isem il-gvern fejn qal li din il-prattika ma fiha xejn ħażin.

Fl-istqarrija l-ġdida tiegħu, il-Kummissarju għall-Istandards jispjega fi kliem ċar u dirett għalfejn ma jaqbilx mal-veduti tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. Kif jgħid il-Kummissarju, il-kwistjonijiet involuti mhumiex xi materji legali kkumplikati li jinteressaw biss lill-avukati. Huma kwistjonijiet fundamentali li jikkonċernaw lil kull ċittadin Malti.

Niżżel l-istqarrija tal-Kummissarju.

Ritratt: parti mill-faċċata tal-bini tal-Parlament Malti fil-Belt Valletta.