Category: Uncategorized @mt

22 Jun 2021

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ abbozz ta’ linji gwida biex jirregola l-użu ta’ riklami u materjal promozzjonali mill-gvern u entitajiet pubbliċi. Il-linji gwida huma maħsuba biex jiżguraw li l-ministri ma jonfqux fondi pubbliċi fuq pubbliċità personali jew politika. Dawn il-linji gwida ma jirrappreżentawx regoli ġodda fihom infushom. Huma jindikaw kif il-Kummissarju bi ħsiebu japplika r-regoli…

07 Apr 2020

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qed jestendi b’xahar il-perjodu ta’ konsultazzjoni dwar il-proposti tiegħu biex jiġi regolat il-lobbying. Fit-28 ta’ Frar 2020, il-Kummissarju ħareġ dokument ta’ konsultazzjoni bi proposti dwar kif għandu jiġi regolat il-lobbying. Il-Kummissarju stieden lill-pubbliku biex jibgħat il-fehmiet tiegħu dwar dawn il-proposti u ta żmien sal-aħħar ta’ April 2020 għal dan il-għan. Dan…

19 Dec 2019

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler, irreaġixxa għal stqarrija maħruġa minn Alternattiva Demokratika wara laqgħa dwar il-lobbying li saret illum fuq talba ta’ Alternattiva Demokratika. F’din il-laqgħa l-Kummissarju għarraf id-delegazzjoni minn Alternattiva Demokratika li l-uffiċċju tiegħu kien qed jiffinalizza proposti biex jiġi regolat il-lobbying. Waqt il-laqgħa ġew diskussi diversi aspetti relatati. Il-Kummissarju qal ukoll…