Category: Il-qafas legali

23 Nov 2019
Detail of the Maltese Parliament building in Valletta at night

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ stqarrija fejn sostna li hija prattika ħażina li l-gvern jimpjega deputati parlamentari backbenchers, jiġifieri dawk li mhumiex ministri jew segretarji parlamentari. L-istqarrija ssegwi rapport maħruġ mill-Kummissarju fil-5 ta’ Lulju 2019, fejn esprima l-fehma li huwa fundamentalment ħażin li l-gvern jingaġġa deputati backbenchers bħala konsulenti, persuni ta’ fiduċja jew membri ta’…

07 Nov 2019
Verdala Palace, Buskett, Malta

Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, qed jipproponi tibdil fil-Kostituzzjoni sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Parlament u tal-qrati, u sabiex jiġi mħares aħjar il-prinċipju tal-mertu fil-ħatriet fl-amministrazzjoni pubblika. Il-proposti tal-Kummissarju huma miġbura f’rapport ta’ 138 paġna li huwa ppreżenta lill-President ta’ Malta bħala risposta għas-sejħa tal-President għal sottomissjonijiet dwar riformi kostituzzjonali. Ir-rapport inkiteb minn Dr Hyzler…

03 Oct 2019
Two persons during interview

L-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (il-kapitolu 595 tal-liġijiet ta’ Malta) jinkludi kodiċi ta’ etika għall-impjegati pubbliċi. Dan il-kodiċi jgħid fost affarijiet oħra li impjegati pubbliċi li bħala parti minn xogħolhom jittrattaw ma’ intrapriżi privati jistgħu jinżammu milli jaċċettaw impieg ma’ dawk l-intrapriżi wara li jirriżenjaw mill-impieg pubbliku tagħhom. Skont il-paragrafu 12 tal-kodiċi, kif ukoll l-artikolu 4…

06 Jul 2019
Exterior detail of the Maltese Parliament building

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ħareġ rapport li jgħid li l-prattika li deputati parlamentari “backbenchers” jingħataw impiegi jew konsulenzi mal-gvern għandha tispiċċa. Ir-rapport jiddeskrivi din il-prattika bħala “fundamentalment ħażina”. Il-Kummissarju kkonkluda li din il-prattika ddgħajjef ir-rwol tal-Parlament fl-iskrutinju tal-eżekuttiv; tmur kontra l-prinċipji li l-Kostituzzjoni hija mibnija fuqhom; tmur kontra l-kodiċi ta’ etika ta’ impjegati pubbliċi u…

08 Mar 2019

Kodiċi ta’ etika ġdid beda japplika għall-persuni ta’ fiduċja mill-1 ta’ Marzu 2019 ’il quddiem. L-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika jobbliga persuni ta’ fiduċja – jiġifieri persuni ingaġġati fis-segretarjat privat ta’ ministru jew segretarju parlamentari bil-għan li jagħtu pariri, jaġixxu ta’ konsulenti, jew jaġixxu fi rwol eżekuttiv – li jsegwu l-kodiċi ta’ etika li jinsab…