Category: Persuni ta’ fiduċja

01 Sep 2020

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qal li persuni ta’ fiduċja m’għandhomx jikkummentaw fuq materji ta’ kontroversja politika u għandhom jittrattaw lil ħaddieħor b’rispett. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra ilment mingħand Matthew Caruana Galizia, id-direttur tal-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia, kontra Dr Joseph Borg. L-ilment kien jittratta dwar kumment li Dr Borg għamel fuq…

09 Jun 2020

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qata’ ilment dwar tliet persuni li kienu membri tas-segretarjat tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat. L-ilment ġie sottomess mill-Professur Arnold Cassola, li talab lill-Kummissarju jinvestiga lil Keith Schembri talli allegatament ħoloq assoċjazzjoni kriminali li wasslet għal assassinju; lil Sandro Craus talli allegatament impjega persuni bla kwalifiki f’karigi li ma jeżistux; u lil…

08 Mar 2019

Kodiċi ta’ etika ġdid beda japplika għall-persuni ta’ fiduċja mill-1 ta’ Marzu 2019 ’il quddiem. L-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika jobbliga persuni ta’ fiduċja – jiġifieri persuni ingaġġati fis-segretarjat privat ta’ ministru jew segretarju parlamentari bil-għan li jagħtu pariri, jaġixxu ta’ konsulenti, jew jaġixxu fi rwol eżekuttiv – li jsegwu l-kodiċi ta’ etika li jinsab…