Category: Lobbying

11 Jul 2022

Fil-11 ta’ Lulju 2022 l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet tliet rapporti dwar standards ta’ integrità f’Malta. Wieħed mir-rapporti huwa dwar l-operat tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika; ieħor jindirizza l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika; u t-tielet wieħed jippreżenta proposti għar-regolamentazzjoni tal-lobbying. Ir-rapporti ġew ippreparati bħala parti minn proġett intitolat “Improving the Integrity and Transparency Framework…

28 Feb 2020
The Parliament building in Valletta, Malta

Dr George Hyzler, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, ħareġ dokument ta’ konsultazzjoni bi proposti dwar kif għandu jiġi regolat il-lobbying. Dan hu skont l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, li jobbliga l-Kummissarju li jfassal rakkomandazzjonijiet dwar il-lobbying. Il-kelma “lobbying” tirreferi għall-isforzi min-naħa ta’ individwi u entitajiet privati biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-gvern għall-benefiċċju tagħhom. Il-lobbying iqajjem tħassib f’ħafna…

05 Feb 2020
St George's Bay in Paceville, Malta

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Dr George Hyzler, qal “Li ministru jiltaqa’ waħdu, b’mod informali, ma’ persuna midħla sew tan-negozju, b’familjarità żejda, inevitabbilment jagħti lok għas-suspetti.” F’dawn il-każijiet ikun aktar għaqli li l-laqgħa tkun waħda formali fil-preżenza ta’ uffiċjali. Il-Kummissarju għall-Istandards qal dan wara li kkunsidra każ fejn l-imprenditur Luke Chetcuti deher f’filmat jgħid li kien…