Category: Kumitat għall-Istandards

15 Dec 2023
Exterior view of the Parliament of Malta

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ippropona li meta joħroġ deċiżjoni li ilment m’għandux jiġi investigat, għandu jkollu l-jedd li jippubblika dik id-deċiżjoni. Bħalissa, meta l-Kummissarju jinvestiga ilment ir-rapport tiegħu dwar l-investigazzjoni normalment jiġi ppubblikat. Biss, jekk il-Kummissarju jiddeċiedi li m’għandux jinvestiga l-ilment, huwa ma jistax jippubblika d-deċiżjoni tiegħu iżda jista’ biss jibgħatha lil min għamel l-ilment…

14 Dec 2021

Fl-14 ta’ Diċembru 2021 il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards awtorizza l-pubblikazzjoni ta’ rapport ippreparat mill-Kummissarju għall-Istandards dwar l-ingaġġ ta’ konsulent mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Ir-rapport jittratta dwar allegazzjonijiet li l-Ministru għall-Edukazzjoni, Justyne Caruana, abbużat mis-setgħat tagħha meta tat kuntratt ta’ €15,000 b’ordni diretta lill-eks footballer professjonali Danijel Bogdanovic. Il-kuntratt kien jaħseb biex huwa jagħmel studju dwar l-operat tal-Iskola Nazzjonali…

10 Nov 2021

Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards unanimament adotta rapport tal-Kummissarju għall-Istandards li kkonkluda li l-Onor. Rosianne Cutajar kienet naqset milli tiddikjara dħul mill-bejgħ ta’ propjetà fl-Imdina. Fir-rapport tiegħu il-Kummissarju qal li l-propjetà in kwistjoni kienet inbiegħet għas-somma ta’ €3.1 miljun, u s-senserija fuq dan il-bejgħ kien jammonta għal €93,000. Il-Kummissarju kkonkluda fuq il-bilanċ tal-probabbiltajiet…

09 Apr 2021
Detail of the Maltese Parliament building in Valletta at night

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kiteb lill-Ispeaker biex jesprimi t-tħassib tiegħu għaliex il-Kumitat tal-Parlament għall-Istandards qed idum biex jippubblika r-rapporti li jiġu riferuti lilu mill-Kummissarju. Il-Kummissarju kiteb l-ittra tiegħu wara li laqgħa tal-Kumitat ġiet sospiża għax iż-żewġ membri nominati mill-Prim Ministru naqsu milli jattendu. Il-Kumitat kien imissu jiddiskuti r-rapport K/028 tal-Kummissarju, dwar każ ta’ pubbliċità politika…

19 Aug 2020

Fis-17 ta’ Awwissu 2020 il-Kumitat Permanenti tal-Parlament għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ltaqa’ biex jikkunsidra x’azzjoni għandu jieħu kontra l-eks Prim Ministru Dr Joseph Muscat dwar il-każ tal-inbejjed Pétrus. Dan wara li fis-seduta tat-22 ta’ Lulju 2020 il-Kumitat adotta l-konklużjoni tal-Kummissarju li sab li Dr Joseph Muscat kiser ir-regoli tal-etika dwar aċċettazzjoni ta’ rigali meta aċċetta r-rigal…

24 Jan 2019

Il-Kumitat Permanenti tal-Parlament għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika iltaqa’ għall-ewwel darba fit-22 ta’ Jannar 2019. Dott. George Hyzler, Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, kien preżenti għal-laqgħa flimkien ma’ Charles Polidano, Direttur Ġenerali fl-uffiċċju tiegħu. Hu u jiftaħ il-laqgħa l-Onor. Anġlu Farrugia, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati u l-president tal-Kumitat, osserva li l-Kumitat għall-Istandards kien l-uniku kumitat parlamentari fejn iż-żewġ naħat…