Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika

jinvestiga ksur ta’ standards ta’ mġiba etika min-naħa ta’ ministri, membri parlamentari u persuni ta’ fiduċja, u jagħti kontribut biex titjieb l-imġiba fil-ħajja pubblika.

.

Ilmenti

Tista’ tilmenta mal-Kummissarju dwar imġiba mhux etika min-naħa ta’ ministri, membri tal-Parlament jew persuni ta’ fiduċja.

link

Riżorsi

Rapporti u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissarju, u regoli ta’ etika għall-ministri, membri parlamentari u persuni ta’ fiduċja.

link

Il-Kumitat għall-Istandards

Il-Kumitat tal-Parlament għall-Istandards jissorvelja x-xogħol tal-Kummissarju. Il-Kumitat huwa mmexxi mill-Ispeaker.
link

Il-Kummissarju jipproponi li jibda jippubblika deċiżjonijiet li ilmenti m’għandhomx jiġu investigati

Il-Kummissarju jipproponi li jibda jippubblika deċiżjonijiet li ilmenti m’għandhomx jiġu investigati

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ippropona li meta joħroġ deċiżjoni li ilment m’għandux jiġi investigat, għandu jkollu l-jedd li jippubblika dik id-deċiżjoni. Bħalissa, meta l-Kummissarju jinvestiga ilment ir-rapport tiegħu dwar l-investigazzjoni normalment jiġi ppubblikat. Biss, jekk il-Kummissarju jiddeċiedi li m’għandux jinvestiga l-ilment, huwa ma jistax jippubblika d-deċiżjoni tiegħu iżda jista’ biss jibgħatha lil min għamel l-ilment...
Ebda trattament favorevoli għas-Segretarju Parlamentari Chris Bonett

Ebda trattament favorevoli għas-Segretarju Parlamentari Chris Bonett

Ilbieraħ il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ikkonkluda li s-Segretarju Parlamentari Chris Bonett mhux ħati ta’ ksur ta’ etika talli talab siġġijiet ħdejn xulxin għalih u għall-membri tal-familja tiegħu fuq titjira tal-Air Malta lejn Londra. Il-Kummissarju għall-Istandards wasal għal din il-konklużjoni wara li kkunsidra allegazzjoni li Dr Bonett gawda minn trattament speċjali għaliex l-Air Malta neħħiet passiġġieri...
L-OECD tippreżenta sett sħiħ ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-integrità pubblika f’Malta

L-OECD tippreżenta sett sħiħ ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-integrità pubblika f’Malta

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) ħarġet rapport ta’ 224 paġna b’rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-integrità pubblika f’Malta. Ir-rapport huwa r-riżultat finali ta’ proġett ta’ sentejn intitolat “Improving the Integrity and Transparency Framework in Malta”, li kien qed jitwettaq mill-OECD fuq talba tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-proġett ġie ffinanzjat permezz tat-Technical Support Instrument tal-Unjoni Ewropea. Ir-rapport, intitolat...